Il-PN Jikkonferma Liem Distretti Se Jċedu L-Kandidati Li Ġew Eletti Minn Tnejn

 Il-PN Jikkonferma Liem Distretti Se Jċedu L-Kandidati Li Ġew Eletti Minn Tnejn

Il-Partit Nazzjonalista kkonferma liem distretti se jkunu qed iċedu s-7 kandidati li ġew eletti minn żewġ distretti.

Kelliem għall-PN kkonferma ma’ TVM li Dr Bernard Grech se jkun qed iċedi l-5 distrett, Dr Adrian Delia se jċedi s-7 distrett, Dr Stephen Spiteri se jċedi t-3 distrett, Ryan Callus se jċedi s-7 distrett, Dr Joe Giglio d-9 distrett, Robert Arrigo se jkun qed iċedi d-9 distrett, u Mark Anthony Sammut se jċedi l-10 distrett.

Skont l-Istatut tal-PN il-kandidati li jkunu ġew eletti minn żewġ distretti għandhom iċedu d-distrett li fih kiseb l-inqas voti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com