L-Irwoli Ministerjali Ġodda – X’Qed Jingħad Sa Issa Skont Rapporti Fil-Midja

 L-Irwoli Ministerjali Ġodda – X’Qed Jingħad Sa Issa Skont Rapporti Fil-Midja

Skont sorsi differenti tal-midja, jidher li l-kabinett tal-Prim Ministru Robert Abela ġie jew kważi huwa ffurmat. Dan wara li lbieraħ filgħaxija, bosta Membri Parlamentari bdew jissejħu f’Kastilja.

Ingħad li Ian Borg se jkun il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, relazzjonijiet mal-UE u kummerċ. Chris Fearne jidher li se jżomm is-saħħa, Clyde Caruana l-Finanzi, Clint Camilleri – Ministru għal Għawdex, Clifton Grima l-Edukazzjoni u Anton Refalo l-Agrikoltura. Roderick Galdes se jżomm il-housing u Michael Falzon ser jibqa’ tal-Familja.

Jonathan Attard huwa msemmi li se jkun il-Ministru tal-Ġustizzja. Byron Camilleri se jibqa’ l-Ministru tal-Intern  b’Identity Malta, l-iskema tal-IIP u r-riformi taħtu. Clayton Bartolo se jibqa’ Ministru tat-Turiżmu. Julia Farrugia Portelli ser iżżomm l-inklużjoni, u se jkollha wkoll il-benesseru soċjali u l-organizzazzjonijiet volontarji.

Owen Bonnici se jkun il-Ministru tal-Kultura.

Aaron Farrugia se jimxi għall-Infrastruttura u proġetti Kapitali. Stefan Zrinzo Azzopardi se jkun il-Ministru tal-Ippjanar u Chris Agius ser iżomm l-irwol tiegħu ta’ Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tal-Ippjanar stess.

JoEtienne Abela se jkun is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani. Chris Bonnett se jieħu l-irwol ta’ Segretarju Parlamentari għall-fondi Ewropej.

Silvio Schembri jiba’ fuq l-ekonomija u aktarx Miriam Dalli tibqa’ wkoll fuq l-enerġija.

Issemma wkoll li Michael Farrugia ser ikun l-ispeaker tal-kamra.

Dan kollu huwa skont rapporti tal-midja. Nistennew li jkun hemm konferma fil-ħin li ġej.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com