Uffiċċjali ; Dawn Huma L-Ministri u S-Segretarji Parlamentari Tal-Kabinett Il-Ġdid

 Uffiċċjali ; Dawn Huma L-Ministri u S-Segretarji Parlamentari Tal-Kabinett Il-Ġdid

Fil-ħin li ġej se jkun qiegħed jieħu l-ġurament tal-ħatra l-kabinett tal-Ministri, wara l-għażla demokratika tal-poplu fl-Elezzjoni Ġenerali tas-26 ta’ Marzu.

Kif imwiegħed tul il-kampanja elettorali, il-Prim Ministru Robert Abela għażel kabinett li jinkludi taħlita ta’
esperjenza u demm ġdid.

Il-mira ewlenija ta’ dan il-kabinett hi li jitwettaq il-manifest elettorali li fuqu kien elett il-gvern, manifest elettorali
mibni fuq il-ħtieġa ta’ Malta isbaħ, opportunitajiet indaqs għal kulħadd u kwalità ta’ ħajja aħjar.

Il-Prim Ministru Robert Abela ta permess temporanju għal ftit jiem lill-Kirurgu Jo Etienne Abela biex ikun jista’
jopera pazjenti li diġà għamlu tħejjija għall-operazzjoni. Dan fl-interess tas-saħħa tal-istess pazjenti.

Il-Prim Ministru se jikkunsidra wkoll ħatriet oħra, fid-dawl tal-ħtieġa li bħalma se tissaħħaħ ir-rappreżentanza
femminili fil-Parlament, tissaħħaħ ukoll fl-eżekuttiv.

Dawn huma l-Ministri fil-Kabinett:

Robert Abela- Prim Ministru
Chris Fearne – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa
Owen Bonnici – Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali
Ian Borg – Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ
Michael Falzon – Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Anton Refalo – Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali
Roderick Galdes – Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli
Silvio Schembri – Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet
Julia Farrugia Portelli – Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur
Aaron Farrugia – Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali
Clint Camilleri – Ministru għal Għawdex
Byron Camilleri – Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza
Clayton Bartolo – Ministru għat-Turiżmu
Miriam Dalli – Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża
Clyde Caruana- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol
Clifton Grima – Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
Stefan Zrinzo Azzopardi – Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar
Jonathan Attard – Ministru għall-Ġustizzja
Jo Etienne Abela- Ministru għall-Anzjanità Attiva

Segretarji Parlamentari:
Andy Ellul- Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru
Alison Zerafa Civelli – Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali
Chris Bonnett- Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Fondi Ewropej u l-Artijiet
Keith Azzopardi Tanti – Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com