Min Kienu T-Tfal Li Laqgħu Lill-Papa Franġisku Fl-Ajruport?

 Min Kienu T-Tfal Li Laqgħu Lill-Papa Franġisku Fl-Ajruport?

Hekk kif rifes fuq l-art Maltija l-Papa Franġisku kien milqugħ mill-President ta’ Malta u l-Prim Ministru flimkien mal-għola awtoritajiet. Però żgur li serqu l-attenzjoni ż-żewġ itfal żgħar Sam Pisani Bonello ta’ tmien snin u Amy Lyons ta’ sitt snin li laqgħu l-Papa bil-fjuri.

Sam għandu l-epilessija waqt li Amy għelbet il-marda tal-leukemia. Hija ħadet il-kura tagħha b’suċċess taħt il-mibki Dr Victor Calvagna.

Amy dehret liebsa wkoll il-flok ta’ Puttinu Cares sabiex tirrapreżenta lit-tfal kollha li ġew bżonn Puttinu tul is-snin.

It-tfal kienu wisq ferħanin bil-kuruna tar-rużarju imbierka mill-Papa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com