Illum Il-Papa Franġisku Se Jkun Qed Iżur Il-Grotta Ta’ San Pawl, Jikkonċelebra Quddies Fuq Il-Fosos U Jżur L-Immigranti

 Illum Il-Papa Franġisku Se Jkun Qed Iżur Il-Grotta Ta’ San Pawl, Jikkonċelebra Quddies Fuq Il-Fosos U Jżur L-Immigranti

Iż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta tissokta dalgħodu b’laqgħa mal-Ġiżwiti fin-Nunzjatura Appostolika f’Tal-Virtù fir-Rabat.

Il-Papa Franġisku għall-ħabta tat-8:30am se jkun qed iżur il-Grotta ta’ San Pawl fil-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat.

Mir-Rabat jibda t-triq lejn il-Fosos tal-Furjuna fejn fl-10:15am se jkun qed jibda jikkonċelebra l-quddies tant mistennija, li rreġistraw għaliha fuq 12,000 ruħ.

L-aħħar post li se jkun qed iżur il-Papa Franġisku huwa l-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far fejn jgħixu bosta immigranti. Din iż-żjara mistennija tibda għall-ħabta tal-4:45pm fejn minn Ħal Far il-Papa Franġisku jibqa’ sejjer lejn l-ajruport.

Hemmhekk issir l-aħħar ċerimonja tat-tluq u għall-ħabta tas-6:15pm l-ajruplan bil-Papa Franġisku abbord jitlaq lura lejn Ruma.

Ritratti: DOI

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com