Bil-Filmat: Il-Mument Li L-Papa Daħal B’Sorpriża Fil-Kappella Fejn Hemm Midfun San Ġorġ Preca

 Bil-Filmat: Il-Mument Li L-Papa Daħal B’Sorpriża Fil-Kappella Fejn Hemm Midfun San Ġorġ Preca

Dalgħodu b’sorpriża għas-Soċjetà tal-MUSEUM il-Papa għamel żjara qasir fil-Knisja ta’ Sidtna Marija tal-Midalja Mirakoluża fil-Blata l-Bajda.

Il-Papa kien pjanat li propju hawnhekk kien ħa jinżel mill-karozza privata u jitla’ mal-ewwel fuq il-popemobile biex tieħdu għall-quddies fuq il-Fosos tal-Furjana.

Jidher li hekk kif niżel mill-karozza l-Isqof Charles Scicluna deher ikellem lill-Papa Franġisku, fejn wara ftit il-Papa deher jimxi lejn il-bieb tal-Knisja fejn hemm San Ġorġ Preca midfun.

Bla dubju in-nies li kienu preżenti f’dik iż-żona ħadu pjaċir hekk kif il-Papa għamel aktar ħin sabiex telaq.

Ara l-filmat: 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com