L-Aħħar Appuntament Tal-Papa F’Malta Huwa Fil-Laboratorju Tal-Paċi

 L-Aħħar Appuntament Tal-Papa F’Malta Huwa Fil-Laboratorju Tal-Paċi

L-aħħar appuntament tal-Papa Franġisku f’Malta huwa propju fil-Laboratorju tal-Paċi Gwanni XXIII f’Ħal Far.

Diversi persuni diġà jinsabu f’Ħal Far u fit-toroq li se jkun qed jgħaddi l-Papa f’dan l-aħħar vjaġġ tiegħu f’dan il-Vjaġġ Appostoliku f’Malta.

Huwa mistenni jasal F’Ħal Far għall-ħabta tal-4:45pm.

Il-Papa se jkun qed iwassal l-aħħar messaġġ tiegħu propju mill-Laboratorju tal-Paċi.

Propju quddiem il-Laboratorju tal-Paċi jidhru għadd ta’ persuni Ukreni li bla dubju qed iwasslu messaġġ għall-paċi f’pajjiżhom.

Il-Papa se jkun qed itemm dan il-vjaġġ fis-6:15pm, b’titjira bl-ajruplan tal-Air Malta lejn Fiumicino f’Ruma.

L-ajruplan tat-tip Airbus A320 ser ikun imtajjar mill-Kaptan Peter Mifsud flimkien mal-Kaptan Frank Xerri u l-Kaptan Karen Sant.

Ritratti: DOI

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com