Programm Mużikali Mill-Banda Re Ġorġ V Tal-Imqabba

 Programm Mużikali Mill-Banda Re Ġorġ V Tal-Imqabba

Wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija, il-Banda Re Ġorġ V se tella l-programm mużikali tagħha ta’ żmien il-Ġimgħa Mqaddsa permezz ta’ programm fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Wirja La Semana Santa de Espana fl-Imqabba.

Il-programm li se jitella’ nhar l-Erbgħa, 6 ta’ April fis-7:00pm fil-Pjazza tal-Imqabba, il-banda ser tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro David Agius u se tindaqq mużika relatata mal-Ġimgħa Mqaddsa.

Wara l-programm isir il-ftuħ tal-Wirja La Semana Santa u dramm imtella miż-Żgħażagħ bit-titlu ‘X’inhi Mħabba?!’

Il-Banda Re Ġorġ V din is-sena qed tfakkar il-75 anniversarju minn meta ġiet trasformata minn Orkestra għal-banda.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com