Ħabta Bejn Ferrovija U Vann Tħalli Tal-Inqas Ħamsa Mejta U Bosta Midruba Fl-Ungerija

 Ħabta Bejn Ferrovija U Vann Tħalli Tal-Inqas Ħamsa Mejta U Bosta Midruba Fl-Ungerija

Bosta persuni mietu u oħrajn indarbu serjament wara li ferrovija ħabtet ma’ vann.

Tal-inqas ħames persuni sfaw mejta traġikament f’dan l-aċċident fl-Ungerija.

Jidher li l-aċċident seħħ wara li vann daħal fil-binarji tal-ferrovija.

Il-Pulizija Ungeriża qalet li l-aċċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ dalgħodu mal-140 kilometru l’ bogħod mill-Kapitali Ungeriża, Budapest.

Skont rapporti internazzjonali l-vittmi huma ħaddiema li kienu fil-vann fi triqthom lejn ix-xogħol. Intqal ukoll li l-vann qasam xorta l-binarji tal-ferrovija minkejja li kien hemm sinjal aħmar biex jieqaf.

Fuq il-ferrovija kien hemm tnejn u għoxrin passiġġier li uħud minnhom sofrew ġrieħi serji.

Ritratti: Euronews

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com