Wirja Tal-Ġimgħa Mqaddsa Minn Żewġt Aħwa Fis-Swatar
Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa se tkun qed tittella’ fis-Swatar minn żewġt aħwa Mark u Luke Mifsud.
Ix-xogħol jinkludi settijiet tal-Ġimgħa l-Kbira; wieħed tal-pied li huwa xogħol ta’ Lino Fardell u ieħor tas-6 pulzieri; xogħol tad-diżma taż-Żejtun.
Ser ikun hemm ukoll esebita kollezzjoni ta’ slaleb antiki u anke żewġ slaleb tal-avorju. Ma jonqsux ukoll affarijiet relatati mal-Ġimgħa l-Kbira bħal simboli.
Interessanti wkoll li se jkun hemm il-karlotta tal-Papa Franġisku li f’udjenza privata li l-familja Mifsud kellha mal-Papa Franġisku, kien tahom, liema karlotta hu kien liebes. Xi ħaġa lill-Papa s-soltu qatt ma jagħmel. Titilfux din il-wirja.