“400 Spazju Ta’ Parkeġġ Fl-Iskola Tal-Qawra Għadhom Vojta” – Ivan Castillo

 “400 Spazju Ta’ Parkeġġ Fl-Iskola Tal-Qawra Għadhom Vojta” – Ivan Castillo

“Għadna qed nistennew li 400 spazju ta’ parkeġġ fl-Iskola Primarja tal-Qawra jibdew jintużaw”

Dan kien il-messaġġ li wassal id-Deputat elett fuq it-tnax-il Distrett Ivan Castillo permezz tal-mezzi soċjali tiegħu.

Huwa qal li r-residenti tal-akbar lokalità f’Malta għadhom qed jitħabtu biex isibu parkeġġ, “u wara diversi snin għadna bl-istess problema,” saħaq Ivan Castillo wara li diversi residenti resqu l-ilmenti tagħhom.

Castillo qal li sadanittant il-karozzi tar-residenti għadhom qed ikun vandalizzati b’danni għar-residenti stess mingħajr ebda raġuni.

“Nistgħu nagħmlu l-ħajja ta’ dawn in-nies ħafna aħjar, din il-problema issa ilha wisq biex tiġi solvuta,” temm jgħid Ivan Castillo.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com