Meta Skrivan Tal-Pulizija Qala’ Daqqtejn Ta’ Stallett – Lura Fl-Istorja

 Meta Skrivan Tal-Pulizija Qala’ Daqqtejn Ta’ Stallett – Lura Fl-Istorja

Bħal-lum 8 t’April tal-1816, skrivan fl-uffiċċju tal-Ispettorat Ġenerali tal-Pulizija, Ignazio Delio, għall-ħabta tal-10pm kien dieħel id-dar u xi ħadd tah daqqtejn ta’ stallett ġo spalltu.

Il-Logutenent Gvernatur offra rigal ta’ 200 skud għal min seta’ jagħti xi tagħrif u 200 skud oħra mill-Ispettur Ġenerali.

Ġiet imwegħda maħfra lil min kien imdaħħal, basta ma kienx l-aggressur innifsu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com