F’Dubai Tifel Ta’ 5 Snin Ġie Rikonoxxut Mill-Pulizija Għax Kien Onest
F’Dubai tifel ta’ 5 snin mill-Filippini kien rikonoxxut mill-Pulizija u ngħata ċertifikat għall-onesta tiegħu u sabiex jinkoraġġixxu aktar tfal sabiex jieħdu eżempju.
Nigel ingħata dan iċ-ċertifikat wara li rritorna 4,000 Dirhams li jiġu ekwivalenti għal €1,000 lura lill-Pulizija wara li dawn kienu mitlufa minn xi ħadd f’Al Qusais u sabhom huwa.
Il-Brigadier Abdulhalim Muhammad Al Hashmi, Direttur tal-Għassa tal-Pulizija ta’ Al Qusais ried jirrikonoxxi dan il-ġest tajjeb sabiex tfal oħra jieħdu eżempju bih u b’hekk titla’ aktar soċjetà ġusta u onesta.