Raġel Isofri Ġrieħi Gravi F’Aċċident Bil-Mutur F’Tal-Pietà
Raġel minn Nepal ta’ 25 sena li joqgħod l-Imsida, għall-ħabta tal-5:15am, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Qrejten, Tal-Pietà.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Hilux, misjuq minn raġel ta’ 59 sena residenti s-Siġġiewi, u mutur Kymco, misjuq mill-vittma.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.