Will Smith Sospiż Għal 10 Snin Mill-Oscars U Avvenimenti Oħra!

 Will Smith Sospiż Għal 10 Snin Mill-Oscars U Avvenimenti Oħra!

Will Smith ġie sospiż mill-Oscars u avveniment oħra tal-Academy għal 10 snin wara li l-attur ta daqqa ta’ ħarta lill-komiku Chris Rock waqt l-Oscars wara li dan għadda kummenti dwar xagħar il-mara tiegħu, Jada Pinkett Smith.

Fi stqarrija l-Academy qalet li l-94 edizzjoni tal-Oscars kienu mtappna b’din l-imġieba inaċċettabbli ta’ Will Smith fuq il-palk.

Will Smith għamel apoloġija għal dak li għamel lil Chris Rock kif ukoll irriżenja mill-Academy.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com