Raġel Jindarab Gravi U Tfajla B’Ġrieħi Ħfief Fi Ġlieda F’San Pawl Il-Baħar

 Raġel Jindarab Gravi U Tfajla B’Ġrieħi Ħfief Fi Ġlieda F’San Pawl Il-Baħar

Illum, għall-ħabta tas-1pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq il-Parroċċa, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li kien hemm argument bejn Libjan ta’ 40 sena, raġel ta’ 54 sena u tfajla ta’ 25 sena, kollha residenti San Pawl il-Baħar.

Ambulanza ġiet imsejħa fuq il-post fejn ħadet lir-raġel ta’ 54 sena u lit-tfajla l-Isptar Mater Dei filwaqt li l-Libjan qed jinżamm mill-pulizija sabiex jassisti fl-investigazzjonijiet.

Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li t-tfajla ġiet iċċertifikata bi ġrieħi ta’ natura ħafifa.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com