Ftit Ġimgħat Qabel Kellha Tiżżewweġ Saret Taf Li Għandha Kanċer…

 Ftit Ġimgħat Qabel Kellha Tiżżewweġ Saret Taf Li Għandha Kanċer…

Illum il-Fondazzjoni Puttinu Cares qasmu storja oħra fuq il-mezzi soċjali tagħhom, dik ta’ Jennifer li ftit ġimgħat qabel kienet ser tiżżewweġ saret taf li għanda kanċer tas-sider.

Jennifer irrakkontat kif inbidlu l-pjanijiet kollha kif ukoll kellha tbiddel id-data tat-tieġ ukoll. Dan minħabba li ma setgħatx tħalli ħafna żmien biex tibda it-trattament kontra l-kanċer.

“Waqt l-operazzjoni sabu li kellha iktar minn kanċer wieħed, però għadha tgawdi lill-familja tagħha u lil dawk għeżież għaliha,” kitbu Puttinu Cares, li grazzi għalihom, Jennifer u oħra fiequ.

Fil-messaġġ tagħhom Puttinu Cares fakkru fil-maratona nhar il-Ġimgħa l-Kbira u ħeġġew lill-pubbliku biex jgħin mill-aħjar li jista’.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com