Titħabbar Ir-Rebbieħa Ta’ Miss Universe Malta 2022 – Din Is-Sena B’Mod Differenti

 Titħabbar Ir-Rebbieħa Ta’ Miss Universe Malta 2022 – Din Is-Sena B’Mod Differenti

Maxine Formosa Gruppetta hija l-mudella li rebħet it-titlu Miss Universe Malta 2022 waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena li saret ilbieraħ filgħaxija.

Formosa Gruppetta għandha 21 sena u hija minn San Ġiljan.

Hija se tirrappreżenta lil Malta fil-71 edizzjoni tal-Miss Universe li mistennija jipparteċipaw fih madwar 90 pajjiż minn madwar id-dinja kollha. Id-data u l-pajjiż li fih se jkun organizzat se jkunu qed jitħabbru fil-jiem li ġejjien.

Maxine Formosa Gruppetta ġiet magħżulha b’mod differenti mis-soltu. Kienu l-organizzaturi lokali stess li għażlu r-rebbieħa b’mod awtomatiku. Id-direttur ta’ Miss Universe Malta Alan J. Darmanin qal li ħafna pajjiżi qegħdin jagħżlu lir-rappreżentanta tagħhom b’dan il mod.

Waqt serat li saret ilbieraħ, Jade Cini, Miss Universe Malta 2021, għaddiet ix-xetru lill-ambaxxatriċi ta’ din is-sena.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com