Illum Fin-Naxxar Tfal U Addoloxxenti Se Jieħdu Sehem F’Purċissjoni Speċjali B’Rabta Mal-Ġimgħa Mqaddsa

 Illum Fin-Naxxar Tfal U Addoloxxenti Se Jieħdu Sehem F’Purċissjoni Speċjali B’Rabta Mal-Ġimgħa Mqaddsa

Illum fin-Naxxar se tkun qed isir attività sabiħa għat-tfal u l-addoloxxenti kollha b’rabta mal-Ġimgħa Mqaddsa.

Din hija opportunita sabiħa sabiex minn età żgħira jibdew jittrawmu fit-tradizzjonijiet sbieħ marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa.

Illum fis-6pm se tkun qed tibda ħierġa Purċissjoni bi statwa żgħira ta’ Marija Addolorata merfugħa minn tfal u addoloxxenti flimkien ma bosta simboli u oġġetti oħra relatati ma’ din il-Purċissjoni. Din l-attività se tkun akkumpanjata b’marċi funebri mill-Banda Peace.

Kulħadd huwa mistieden sabiex jattendi u jġib it-tfal miegħu.

Din il-Purċissjoni tibda fis-6pm, mill-Knisja ta’ San Ġwann il-Battista, fi Triq San Ġwann, In-Naxxar. Se tkun qed tgħaddi minn Triq Santa Luċija sal-Pjazza tan-Naxxar fejn għall-ħabta tas-7pm tidħol lura fil-Każin tas-Soċjetà Mużikali Peace li qed jorganizzaw din l-attività.

Għal aktar informazzjoni tistgħu żżuru www.bandapeacenaxxar.com

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com