Grupp Ta’ Żgħażagħ Illejla Se Jkunu Qed Itellgħu Musical Fil-Knisja Ta’ San Franġisk Il-Ħamrun

 Grupp Ta’ Żgħażagħ Illejla Se Jkunu Qed Itellgħu Musical Fil-Knisja Ta’ San Franġisk Il-Ħamrun

Il-grupp taż-żgħażagħ Franġiskani GIFRA dawn l-aħħar ġimgħat kienu qed jaħdmu biex illejla jtellgħu Musical bl-Isem: “INT FEJN SEJJER?”. Hija l-ħajja ta’ San Franġsik ta’ Assisi u dawn iż-żgħażagħ qed ħadmu għax irridu jwasslu messaġġ f’dan iż-żmien tar-Randan.

Messaġġ li żgur is-soċjetà għandha bżonn tisma’, messaġġ li Franġisku ried iwasslu lin-nies ta’ żmienu, messaġġ li Franġisku waslu għax kien imwaħħad ma’ Kristu, ma’ Kristu li mmarkah bil-marki tal-passjoni. Dik il-passjoni li se niċċelebraw ftit tal-jiem oħra.

Dan il-Musical qed jitella’ fl-okkażjoni li l-Ordni Franġiskan f’dawn is-snin qed jiċċelebra 800 sena mir-regola u minn meta San Franġisk irċieva l-Pjagi Mqaddsa.

Dan il-musical fuq il-Ħajja ta’ San Franġisk b’kitba ta’ P. Ġwann Abela OFM u direzzjoni ta’ Joe Quattromani se jittella’ illejla, l-Erbgħa 13 ta’ April fis-7.30pm Knisja San Franġisk, Triq il-Franġiskani, Ħamrun.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com