80 Sena Mill-Għoti Tal-George Cross Lill-Malta Għall-Kuraġġ U L-Qlubija

 80 Sena Mill-Għoti Tal-George Cross Lill-Malta Għall-Kuraġġ U L-Qlubija

Fil-15 ta’ April 1942, ir-Re George VI ta l-ogħla unur lill-Malta għall-kuraġġ u l-qlubija tal-Maltin kontra l-għadu.

“B’turija ta’ ġieħ lill-poplu qalbieni tagħha, jiena nagħti l-George Cross lill-gżira fortizza ta’ Malta bħala xhieda ta’ erojiżmu u dedikazzjoni li għad jibqgħu jissemmew fl-istorja.”

Dan kien il-messaġġ li r-Re George VI bagħat lil Sir William Dobbie, Gvernatur ta’ Malta, 80 sena ilu.

Il-George Cross huwa l-ogħla premju mogħti mill-gvern Ingliż għall-qlubija u din kienet l-ewwel darba li unur ta’ din ix-xorta ngħata lil komunità mill-kap tal-monarkija Brittanika.

L-introduzzjoni tal-George Cross bdiet fl-1940 u fis-sistema tal-unuri Brittaniċi, il-George Cross, hu meqjus bħala l-ogħla premju.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com