Palk “Meravilja” Għall-Festival Tal-Kanzunetta Maltija

 Palk “Meravilja” Għall-Festival Tal-Kanzunetta Maltija

Hekk kif issa ninsabu ftit jiem ‘il bogħod mill-Festival Mużika Mużika t-tħejjijiet jinsabu fl-aħħar fażi tagħhom.

Jason Micallef il-konsulent ta’ din il-produzzjoni fuq il-mezzi soċjali tiegħu żvela ritratti tal-palk “spettakolari” armat għal dan il-festival.

Huwa qal li hemm spettaklu mill-aqwa lest għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. “Hekk biss jixraq lill-Kanzunetta Maltija…l-aqwa u l-ahjar,” temm jgħid Micallef.

Mużika Mużika se jkun qed isir fi tmiem din il-Ġimgħa, bl-ewwel serata tkun nhar il-Ħamis li ġej.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com