Għandu Jibnazza Aktar Tard…Filgħaxija T-Temperaturi Jibqgħu Baxxi

It-temp illum jisbaħ pjuttost imsaħħab u biċ-ċans ta’ xi ħalba xita għall-ewwel, li jibnazza gradwalment b’waqtiet xemxin iżjed tard.
[: 65% |
: 15% |
: 60% |
: 20%]
Ir-riħ ħafif (F3) mill-Majjistral (NW) li jitqawwa (F4-5) u jsir ftit qawwi (F5) iżjed tard, iżda jerġa’ jsir ħafif (F3-2) mal-lejl.
Il-baħar ftit qawwi, b’imbatt ftit li xejn mill-Grigal.
L-ogħla temperatura llum: 17°C; l-inqas illejla: 10°C.
Tinħass: 17°C | 9°C.
Indiċi UV: 7.
Ritratt mill-isbaħ miġbud riċentament fil-limiti tas-Siġġiewi, grazzi għal Maria Micallef