Raġel Iweġġa’ Gravi Wara Li Ttajjar Minn Karozza Fl-Imsida
Albaniż ta’ 48 sena li joqgħod in-Nadur Għawdex weġġa’ gravi wara li kien imtajjar minn karozza.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tad-9:30am, fi Triq Dun Karm, l-Imsida.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-vittma, intlaqat minn Volvo S40 li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 82 sena residenti Santa Venera.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.