Vandaliżmu Mal-Bieb Ta’ Barra Tal-Ambaxxatur Emeritu Ray Azzopardi U Clint Flores
Matul illejl li għadda, jidher li xi ħadd wettaq att vandalu mal-faċċata tad-dar tal-Ambaxxatur Emeritu Ray Azzopardi u s-sieħeb tiegħu Clint Flores. Xi ħadd sprenja bl-aħmar mal-bieb ta’ barra u l-madwar.
“Sa fejn nafu aħna qatt m’għamilna ħsara lil ħadd”, kiteb Flores filwaqt li qal li din ġrat bejn it-8.15pm u l-11.15pm u talab biex min għandu xi informazzjoni, jibagħtlu messaġġ privat.