Għodwa Differenti Minn ‘Willingess Team’ U L-Kunsill Lokali Ta’ Ħaż-Żebbuġ

 Għodwa Differenti Minn ‘Willingess Team’ U L-Kunsill Lokali Ta’ Ħaż-Żebbuġ

Flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbug, il-Willingness Team ser ikun qed jorganizza għodwa ta’ attivitajiet relatati mas-saħħa b’xejn. Dan ser isir fl-1 ta’ Mejju mid-9am sal-1pm, fil-pjazza ta’ Ħaż-Żebbuġ fejn ħa tkun trasferita fi pjazza pedonali. Dan iffisser illi inti tista’ tiġi mal-familja jew ħbieb biex tipparteċipa f’diversi attivitajiet ta’ logħob għat-tfal jew fitness classes għal adulti. Ser ikun hemm wkoll testijiet b’xejn tas-saħħa għal min irid jiċċekja l-pressjoni u z-zokkor.

Ser ikun hemm ukoll professjonisti bħal tobba, fiżjoterapisti, psikoloġisti, terapisti dietitians u personal trainers hemmhekk disposti għal jekk forsi għandek xi mistoqsijiet jew għajnuna dwar saħħtek jew tal-familja tiegħek.

Xi trid tagħmel biex tattendi?

Jekk tixtieq tattendi, kulma trid tagħmel hu tikteb din id-data u l-ħin fid-djarju tiegħek u tiġi żżurna fil-ġurnata. Jekk tixtieq tattendi xi class ta’ Pilates, jew Yoga, jew fitness jew fiżjoterapija, kemm tibgħat messaġġ b’ismek u l-klassi li tixtieq tattendi fuq 79291817 jew fuq facebook tagħna ta’ Willingness.

Min jista jattendi?

Din l-attivita hija miftuħa għal kulħadd; miż-żgħar sal-kbar. Ser ikun hemm tlielaq tar-roti, logħob tat-tfal fejn jistgħu iġibu ir-roti jew scooters magħhom u jduru ġewwa l-pjazza b’mod sikur għaliex ser tkun magħluqa għal karozzi bħala pjazza pedonali. Waqt li t-tfal ikunu jilagħbu, inti tista’ tagħmel testijiet tas-saħħa jew tissieħeb ma’ xi class b’xejn tal-yoga, jew pilates jew fitness jew fiżjoterapija.

Il-programm tal-classes tista’ ssibu hawn https://www.facebook.com/events/3125989214334383/?ref=newsfeed. Ara li tkunu lebsin komdi, idealment b’ żarbun komdu.

L-idea ta’ din il-għodwa flimkien fil-pjazza pedonali ta’ Ħaż-Żebbug hu biex nitgħallmu li saħħitna nistgħu nieħdu ħsiebha b’diversi modi li jaf ikunu aktar faċli milli naħsbu. Jekk tinsabu kurjużi dwar x’tikkonsisti din il-għodwa flimkien ġewwa l-pjazza pedonali ta’ Ħaż-Żebbuġ tistgħu kellmuna fuq [email protected] jew +356 79291817 u jispjegawlek aħjar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com