Ir-Reġina Eliżabetta II Tiċċelebra Għeluq Is-96 Sena – Ippublikat Ritratt Ġdid Għal Din L-Okkażjoni

 Ir-Reġina Eliżabetta II Tiċċelebra Għeluq Is-96 Sena – Ippublikat Ritratt Ġdid Għal Din L-Okkażjoni

Ir-Reġina tal-Gran Britannja, Eliżabetta II, se tkun qed tiċċelebra għeluq is-96 sena tagħha b’mod privat illum f’Sandringham Estate, li jinsab fil-Lvant tal-Ingilterra.

Magħha mistennija jingħaqdu l-familja u ħbieb fejn se jkunu qed jgħaddu ġurnata flimkien f’cottage li l-Prinċep Filippu kien tant iħobb.

Għal din l-okkażjoni ġie ppublikat ritratt tar-Reġina Eliżabetta II ma’ żewġ ponijiet fil-Kastell Windsor.

Illum għal din l-okkażjoni se jkun qed jiġi sparat salut f’Hyde Park, barra l-Kastell Windsor kif ukoll fejn it-Torri ta’ Londra.

Ċelebrazzjonijiet pubbliċi se jkunu qed isiru aktar tard matul is-sena fejn se jkun qed jiġi ċċelebrat ukoll is-70 sena tar-Renju tar-Reġina.

Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet tal-itwal renju fil-monarkija tal-Gran Britannja se jkunu qed isiru bejn it-2 u l-5 ta’ Ġunju.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com