Wasal Iż-Żmien Li Min Iħarreġ Lill-Annimali Jkun Regolarizzat?

 Wasal Iż-Żmien Li Min Iħarreġ Lill-Annimali Jkun Regolarizzat?

Ftit tal-jiem ilu qarrej tagħna batilna filmat qasir ta’ żewġt persuni li kienu qegħdin iħarrġu kelb għal kompetizzjoni partikolari li se tkun qed isir fil-jiem li ġejjien.

Fil-filmat jidher li t-taħriġ użatt jidher kemm xejn aggressiv b’sistema li tissejjaħ ‘bite work’. Tkellimna ma’ persuni li jifhmu f’dan is-settur u qalulna li f’dan il-filmat partikolari fil-fatt jidher li l-kelb qed ikun mgħallem li meta sidu jikkmanda lill-kelb biex jigdem dan jagħmel hekk lil min ikun quddiemu. Dan it-tip ta’ taħriġ fuq il-klieb jekk isir ħażin jista’ jagħmel lill-kelb aggressiv ħafna b’detriment għan-nies kif ukoll għall-kelb stess.

Dwar dan is-suġġett tkellimna ma’ Alison Bezzina, l-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali fejn qaltilna li waħda mill-problemi f’dan is-settur b’mod speċjali fejn jidħol taħriġ tal-annimali hija li sal-lum il-ġurnata dawn għadhom mhux regolarizzati, “jiġifieri min irid jista’ jqum filgħodu u jgħid li huwa trainer.”

Alison Bezzina qaltilna li lura f’Ġunju li għadda hija kienet preżentat dokument lill-Ministeru tal-Agrikoltura li huwa responsabbli mill-Ħarsien tal-Annimali b’rakkomandazzjonijiet biex trainers tal-annimali kif ukoll pet sitters u groomers jiġi regolarizzati. “S’issa dan għadu ma’ seħħx, nittamaw li fiż-żmien li ġej dawn ir-rakkomandazzjonijiet li huma pubbliċi jiġu fis-seħħ,” saħqet Bezzina.

Dwar dan il-każ, il-Kummissarju qaltilna li għalkemm mhu qed jagħmel xejn illegali sal-lum, wieħed jista’ jara kemm huwa mportanti li dawn it-trainers ikunu regolarizzati, “speċjalment ma’ dawn it-tip ta’ klieb li huma b’saħħithom ħafna u jistgħu jikkawżaw problemi jekk jkunu mgħallma ħażin.”

Alison Bezzina qalet ukoll li sfortunatament l-Animal Welfare jinsab mimli b’din ir-razza ta’ klieb għaliex anke mingħajr dan it-tip ta’ training hemm tendenza li jiġu abbandunati iżjed minn kull razza oħra meta dawn jikbru.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com