Ħaddiema B’Tindif Mill-Kwantità Kbira Ta’ Plastik Li Nfirex Madwar Il-Magħtab Kawża Tar-Riħ
Hekk kif kawża ta’ riħ qawwi kwantità kbira ta’ plastik tar u nfirex madwar l-Magħtab, bosta ħaddiema mid-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni flimkien ma’ oħrajn minn entitajiet oħra ssoktaw bit-tindif ta’ din iż-żona kollha.
Bla dubju b’dan l-episodju, n-natura kixfet dak li kien qed isir ħażin fil-ġbir tal-iskart u wrietna li rridu ntejbu dak li qed isir madwarna.
Id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni fuq il-mezzi soċjali tagħhom appellaw sabiex intejbu dak li qed nagħmlu u nisseparaw l-iskart sew. “Flimkien nistgħu naslu iżda kullħadd irid jagħmel il-parti tiegħu.”
Intqal li kieku l-iskart jiġi separat sew dak l-ammont ta’ plastik ma’ jispiċċax il-Magħtab.