Midrub Serjament Wara Li Ġie Aggredit F’San Ġiljan
Awstrijak ta’ 47 sena ndarab serjament wara li safa aggredit minn persuni li għadhom mhux identifikati.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-9pm, f’ħanut fix-Xatt ta’ San Ġorġ, San Ġiljan.
Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ġie aggredit minn xi persuni li laħqu ħarbu minn fuq il-post sakemm waslet il-Pulizija.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.