“Fis-Soċjetà Tagħna Jibqgħu Jeżistu Realtajiet Li Jeħtieġu Attenzjoni Partikolari” – Il-PM Robert Abela
“Fis-soċjetà tagħna jibqgħu jeżistu realtajiet li jeħtieġu attenzjoni partikolari.”
Dan kien il-messaġġ li kiteb il-Prim Ministru Robert Abela fuq il-mezzi soċjali tiegħu wara li dalgħodu fuq stedina tal-Patrijiet Franġiskani żar is-Soup Kitchen kif ukoll kiel flimkien mal-persuni li jużaw is-servizz ta’ dan il-post.
Il-Prim Ministru Abela qal li sfortunatament ċirkostanzi differenti jwasslu għal bżonnijiet differenti. “Hi x’inhi ċ-ċirkostanza ma nistgħu ngħalqu għajnejna għall-ebda realtà,” tenna Robert Abela.
“Jeħtieġ li nibqgħu nifhmu dak li jkun għaddej madwarna u naġixxu fejn meħtieġ,” temm jgħid il-Prim Ministru Robert Abela wara ż-żjara tiegħu fis-Soup Kitchen tal-Belt Valletta.