Tifla Maltija Tikseb Suċċess Fil-Programm Taljan IBAND

 Tifla Maltija Tikseb Suċċess Fil-Programm Taljan IBAND

Gaia Gambuzza li għandha 13-il sena u mill-Mosta ħalliet marka sabiħa fuq it-Taljani bl-interpretazzjoni artistika tagħha fil-programm televiżiv Taljan li bħalissa qed jixxandar fuq il-Mediaset Infinity bl-isem ta’ IBAND.

Gaia Gambuzza ilha tkanta għal dawn l-aħħar 7 snin u f’Jannar tat-2021 għamlet audition biex tipparteċipa f’dan il-programm. Ġiet magħżula mal-ewwel u f’Settembru kellha titla’ l-Italja ġewwa l-Istudios tal-Mediaset f’Cologno Monzese biex tagħti s-sehem tagħha f’dan il-programm.

Gaia kantant ma’ live band u tat interpretazzjoni impressjonanti ħafna tal-kanzunetta ‘New York, New York’ ta’ Liza Minelli.

Gaia tant intoġbot mit-tliet ġurati li rċievit kummenti sbieħ ħafna. Il-famuż Jimmy Sax qalilha mill-ewwel li għoġbitu mmens il-performance li tat filwaqt li Marco Carta żied jgħid li għandha enerġija tal-blieħ fuq il-palk u tbissima li tisraqlek qalbek.

Gaia spiċċat tirċievi l-massimu tal-votazzjoni mill-ġurija kollha u kif spiċċat il-performance ġiet anke indirizzata bħala “Gaia Minelli” mingħand il-preżentatur Claudio Guerrini.

Ta’ min wieħed iżżid li Gaia hija ukoll waħda mill-finalisti ta’ Sanremo Junior Malta u nhar il-Ħadd li għadda tat interpretazzjoni impekkabli tal-kanzunetta ‘Proud Mary’.

Aħna nawgurawlha kull suċċess. Gaia għadha żgħira fl-età però għandha diġà futur brillanti quddiemha.

Ara l-filmat: 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com