Covid-19: Tmut Anzjana ta’ 79 Sena
Anzjana ta’ 79 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.
Dan thabbar fi stqarrija mill-Ministeru tas-Saħħa.
L-anzjana kienet ittestjat negattiva għall-Covid-19 fis-26 ta’ Settembru, bħala parti mit-testijiet ta’ rutina li qegħdin isiru fid-djar tal-anzjani fejn kienet tgħix.
Hija mietet ilbieraħ, 28 ta’ Settembru, u swab test li sar wara mewtha kkonferma li kienet pożittiva għall-Covid-19.
Il-Ministeru qal li l-anzjana kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.
Din hija r-raba u tletin vittma f’pajjizna tal-Covid-19.