Jason Azzopardi B’24 Siegħa Biex Jissostanzja L-Allegazzjonijiet li Għamel Fuq Il-Mezzi Soċjali

 Jason Azzopardi B’24 Siegħa Biex Jissostanzja L-Allegazzjonijiet li Għamel Fuq Il-Mezzi Soċjali

Waqt laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista, imsejħa b’urġenza lbieraħ l-1 ta’ Mejju 2022, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ressaq mozzjoni li ġiet appoġġjata b’mod unanimu mill-membri tal-Kunsill Amministrattiv illi fi żmien 24 siegħa Jason Azzopardi għandu jressaq u jissostanzja l-allegazzjonijiet li għamel fuq il-mezzi soċjali nhar is-Sibt quddiem il-Kumissjoni Etika, Dixxiplina u Media Soċjali.

Fi stqarrija l-Kunsill Amministrattiv qal li huwa għal ċirkostanzi bħal dawn li l-Partit għandu l-Kummissjoni Etika, Dixxiplina u Media Soċjali, liema Kummissjoni għandha l-awtorità taġixxi, tistħarreġ u tiddeċiedi fuq il-każijiet illi jinġiebu quddiemha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com