“Żekkin” – L-Aħħar Akkwist Li Se Jgħin Fit-Tfittxija Għall-Flus U D-Drogi
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta sponsorja l-akkwist ta’ kelb tat-tfittxija li ser jintuża mid Dipartiment tad-Dwana sabiex ixammem il-flus kontanti u kif ukoll id-drogi.
Id-Dipartiment tad-Dwana ilu juża l-klieb tat-tfittxija sa mill 1994. Madankollu, tliet snin ilu sar ristrutturar fit taqsima u attwalment għandha 8 skwadri tal klieb li jistgħu jidentifikaw varjetà ta’ sustanzi illegali, flimkien mat-tabakk u l-flus kontanti.
Il kelb li ġie sponsorjat mill-Bank bl-isem ta’ Żekkin, huwa Labrador ta’ sentejn. Din ir-razza hija waħda mill-iktar razez popolari għall-klieb tat-tfittxija, għalkemm it-Taqsima tad-Dwana Maltija għandha wkoll Springer Spaniels. Il-klieb jintużaw għall-iskop ta’ identifikazzjoni minħabba li s sens tagħhom tax-xamm huwa sa 40 darba aħjar minn dak tal-bniedem.
Żekkin kien imħarreġ mill-Forza tal-Fruntiera tar-Renju Unit, li hija meqjusa bħala forza dinjija fl-ispeċjalizzazzjoni relatata mat-taħriġ u l-immaniġġjar tal-klieb tat-tfittxija. Żekkin ser jingħaqad ma’ handler ikkwalifikat tad-Dwana, simili għall-klieb l-oħrajn tad-Dipartiment.
Żekkin huwa mħarreġ biex jidentifika d-drogi, kif ukoll il-flus, f’varjetà ta’ kuntesti li jvarjaw mill-ajruport u l-port tal- baħar, għal imħażen postali u ħwienet kummerċjali.