Mara Ta’ 47 Sena Tindarab Serjament B’Daqqiet Ta’ B’Sikkina Minn Mara Oħra F’Ta’ Xbiex
Mara ta’ 47 sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta fi ġlieda.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tan-12:30am, fi Triq Testaferrata, Ta’ Xbiex.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li seħħ argument bejn żewġ nisa, waħda ta’ 47 sena residenti Birkirkara u oħra li ħarbet minn fuq il-post. Jidher li waqt l-argument intużat arma li taqta’ u bil-ponta.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.