Raġel Arrestat Fuq Dinghy F’Dellimara Wara Sejba Ta’ 4 Kilogrammi Kannabis

 Raġel Arrestat Fuq Dinghy F’Dellimara Wara Sejba Ta’ 4 Kilogrammi Kannabis

Raġel ta’ 32 sena residenti Marsaxlokk ġie arrestat waqt operazzjoni li saret mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, b’rabta ma’ traffikar u importazzjoni tad-droga lejn Malta minn Sqallija.

L-arrest sar tard nhar it-Tnejn filgħaxija wara li l-Pulizija kienu qegħdin isegwu l-movimenti ta’ dinghy. Kienu għall-ħabta tas-7pm xħin il-Pulizija ċċirkondaw id-dinghy hekk kif trakka ma’ moll f’Dellimara.

Fuq id-dinghy kien hemm ir-raġel u wara li saret tfittxija instabu 4 kilogrammi kannabis, li l-valur fit-triq ilaħħaq iktar minn €100,000.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak qiegħed imexxi inkjesta.

Fi stqarrija ntqal li r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum, fit-3pm, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com