Jingħad Li Ma’ Dan Il-Moll Fl-Antik Kien Pjanat Li Jidħol Il-Vapur T’Għawdex…

 Jingħad Li Ma’ Dan Il-Moll Fl-Antik Kien Pjanat Li Jidħol Il-Vapur T’Għawdex…

L-avventura tal-esploratur lokali Angelo Caruana għal din il-ġimgħa, ser jeħodna f’post ieħor interessanti biex inżuru fin-naħa ta’ fuq tal-gżejjer Maltin.

Huwa beda l-mixja tiegħu mill-Aħrax tal-Mellieħa li twassalek f’waħda mill-bajjiet popolari speċjalment fis-Sajf, imsemmija bħala l-‘Wall Stone Beach’ jew kif isibuha n-nies tal-lokal bħala ‘Taħt is-Sur’.

Matul din il-mixja Angelo Caruana ltaqa’ ma’ sajjied li kien jinsab fejn moll, huwa qallu li l-iskop ta’ dan il-moll kien li jintuża biex il-Gozo Channel iġġib il-passiġġieri hemmhekk iżda l-proġett ma kienx vijabbli u ma tkomplix.

F’din iż-żona wieħed jista’ jara wkoll tieqa ffurmata fil-blat li waqgħet maż-żmien. Kien hemm xi ritratti fil-passat li juru din l-arkata.

Fis-Sajf din il-bajja tkun mimlija bin-nies jgħumu u jgawdu ż-żona.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com