Delia Jisħaq Fuq Trasparenza Dwar Ftehimiet Fuq Is-Sovranità

 Delia Jisħaq Fuq Trasparenza Dwar Ftehimiet Fuq Is-Sovranità

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Gvern għandu jkun ferm trasparenti fejn jidħlu r-relazzjonijiet ta’ pajjiżna ma’ pajjiżi oħra.

Fi stqarrija, Delia rrefera għal dak li qed jiġi rrappurtat fit-Times tal-lum, fejn ġie allegat li l-Kabinett iddeċieda li jappoġġja ftehim mal-Istati Uniti magħruf bħala Status of Forces Agreement (SOFA) mingħajr ma saret l-ebda tip ta’ konsultazzjoni mal-Oppożizzjoni u sostna li din hija ta’ tħassib kbir. Speċjalment meta ftehim ta’ din ix-xorta jħalli riperkussjonijiet oħrajn fir-relazzjonijiet li pajjiżna għandu mal-kumplament tal-pajjiżi l-oħra.

Huwa żied jgħid li pajjiżna huwa indipendenti u sovran bi klawsoli dwar in-newtralità u non-allinjament fil-Kostituzzjoni tagħna. Qal li deċiżjoni bħal din mill-Kabinett tal-Gvern se jkun qed iħalli impatt ukoll fuq il-Kostituzzjoni, li hija l-ogħla liġi ta’ pajjiżna, u hija materjal ferm importanti li tħalli impatt fuq is-sovranità ta’ Malta.

Ritratt: Anti Corruption Digest

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com