“Il-Gvern Għandu Jispjega Infiq Irresponsabbli Ta’ Fondi Pubbliċi” – Il-PN

 “Il-Gvern Għandu Jispjega Infiq Irresponsabbli Ta’ Fondi Pubbliċi” – Il-PN

“Fl-aħħar jiem kellna konferma ta’ kif id-deċiżjonijiet politiċi tal-Gvern Laburista li juża l-fondi pubbliċi biex jimpjega aktar nies qiegħda tissarraf f’nefqa ta’ ħela, nefqa ħażina u nefqa mhux sostenibbli. Kien il-Kap tas-Servizzi Ċivili li kkonferma li minħabba din l-irresponsabilità s-settur pubbliku se jiġi affettwat u se jkollu jsir tnaqqis sostanzjali min-nefqa totali – li jfisser li se tħalli impatt ħażin fuq l-impjiegi u anke s-servizz offrut mis-settur pubbliku.”

Dan qalu l-Kelliem tal-PN għall-Amministrazzjoni Pubblika Darren Carabott flimkien mal-Kelliem għax-Xogħol Ivan Castillo, fejn saħqu li fi kliem ieħor l-id il-leminija tal-Gvern kixfet u qed tikkundanna dak li qiegħda tagħmel l-id ix-xellugija tal-Gvern għall-gwadann politiku.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista sostna li trid tintrefa’ responsabbiltà għal min qed jagħmel użu ħażin tal-fondi pubbliċi li qiegħda twassal f’instabilità u inċertezza għall-eluf ta’ familji ta’ impjegati mas-settur pubbliku, u fl-istess waqt tfisser allokazzjoni u nefqa ħażina tal-fondi pubbliċi.

Il-PN appella wkoll sabiex mill-aktar fis possibbli, il-Gvern jispjega b’mod ċar f’liem setturi u/jew dipartimenti qiegħda ssir din in-nefqa ħażina kemm għall-finijiet ta’ trasparenza sħiħa u kif ukoll sabiex iserraħ l-imħuħ ta’ eluf ta’ impjegati inkwetati wara dan żvelat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com