Bil-Filmat: Illum Jum L-Ewropa…Imma Aħna X’Qed Nieħdu Mill-Unjoni Ewropea?

 Bil-Filmat: Illum Jum L-Ewropa…Imma Aħna X’Qed Nieħdu Mill-Unjoni Ewropea?

“Illum Jum L-Ewropa…Ġurnata li tiġi ċċelebrata l-paċi u l-unita fil-kontinent tagħna. Jum ideali sabiex nirriflettu dwar l-isfidi li qegħdin niffaċċjaw u l-opportunitajiet li qegħdin niksbu.”

Hekk qal is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett permezz ta’ filmat li nieda fuq il-mezzi soċjali llum f’Jum l-Ewropa.

Huwa spjega li dan kollu beda minn proġett bejn grupp ta’ pajjiżi li fis-snin tal-ħamsinijiet riedu jagħmlu ftehim u jingħaqdu flimkien biex jinnegozjaw il-faħam u l-ħadid. “illum aktar minn sebgħin sena wara din saret familja politika, ekonomika u fuq kollox soċjali. Aħna ingħaqadna ma’ din il-familja 18-il sena ilu.”

Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett qal li diversi nies ġieli jsaqsu “imma aħna mill-Ewropa x’qed nieħdu?” Huwa qal li mill-Ewropa qed nieħdu ħafna, “qed nutilizzaw il-fondi Ewropej biex naraw ili pajjiżna jkompli jikber.”

Chris Bonett semma fosthom diversi proġetti li twettqu u qed jitwettqu bħalissa b’fondi Ewropej, fosthom il-Paola Hub b’investiment ta’ €33 miljun. Dan se jkun post fejn in-nies tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta se jkunu jistgħu jieħdu l-kura primarja fih, b’aċċess aktar viċin u b’diversi servizzi li sal-lum kienu jingħataw biss minn Mater Dei.

Chris Bonett qal ukoll li bħalissa għaddejja l-ħidma biex jibdew jitfasslu proġetti oħra f’oqsma diversi bħall-edukazzjoni, infrastruttura, saħħa u ambjent fost oħrajn.

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com