Serata Karnivaleska Fil-Mosta!

 Serata Karnivaleska Fil-Mosta!

Issa li qed joqrob il-Karnival ta’ Malta li se jkun organizzat bejn l-20 u t-22 ta’ Mejju wieħed jista’ jibda jara diversi attivitajiet li se jkunu organizzati matul dan il-weekend, din is-sena b’edizzjoni speċjali minħabba li dak ta’ Frar ma’ sarx minħabba l-pandemija.

Fil-Mosta, l-Kunsill Lokali se jkun qed jieħu ħsieb li jorganizza serata ta’ divertiment bis-sehem ta’ 8 skejjel ta’ żfin, flimkien mal-komiċi Joe Demicoli u Joe (id-Dulli) ma Veronica Farrugia.

‘Il-Karnival fil-Mosta’ se jkun qed isir nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Mejju mis-6pm sat-8:15pm, fil-Pjazza tal-Mosta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com