Iweġġa’ Gravi Wara Li Ċeda Bih Sellum F’Ħaż-Żebbuġ
Raġel ta’ 64 sena minn Ħad-Dingli sofra ġrieħi gravi wara li ċeda bih sellum.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tas-1:30pm, ġewwa residenza fi Triq Adeodato Gatt, Ħaż-Żebbuġ.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-vittma, sofra xi ġrieħi wara li ċeda bih sellum u waqa’ madwar sular għoli waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.