Clifford Galea Vella Magħżul Biex Jifforma Parti Mill-YEP 2022
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli ferħet lill-President tar-Reġjun Tramuntana is-Sur Clifford Galea Vella wara li lbieraħ ġie magħżul biex jifforma parti mill-YEP 2022.
Zerafa Civelli llum iltaqgħet ma’ Clifford Galea Vella fejn tkellmu u qasmu ħsibijiet dwar din il-kariga ġdida fil-Young Elected Politicians Network fi ħdan il-qafas tal-Unjoni Ewropea.
Dan jikkonsisti fi pjattaforma li tiġbor flimkien rappreżentanti eletti minn madwar l-Ewropa taħt l-età ta’ 40 sena.
Dan in-network jintuża biex iqarreb lill-Ewropa lejn iċ-ċittadini tagħha filwaqt li tibni komunitajiet reżiljenti fost responsabbiltajiet oħra.
Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli awgurat l-ħidma t-tajba.