Ħaddiem Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Waqa’ F’Ħofra Fonda 18-il Metru Fir-Rabat

 Ħaddiem Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Waqa’ F’Ħofra Fonda 18-il Metru Fir-Rabat

Ħaddiem Tork ta’ 47 sena weġġa gravi wara li waqa’ f’ħofra fonda madwar 18-il metru.

L-aċċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:15pm, ġewwa sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Inguanez, f’dik li kienet il-lukanda Verdala, ir-Rabat.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-vittma, waqa’ f’pile shaft fond madwar 18-il metru.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratt: TVM

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com