Illum Huwa Jum L-Infermiera

 Illum Huwa Jum L-Infermiera

“Ftit huma dawk il-professjonijiet, li ta’ kuljum qabel ma torqod tista tgħid – illum salvajt ħajja. Grazzi kbira lill-infermiera tagħna. B’rieda tajba, din is-sena nkomplu nsaħħu l-professjoni bi ftehim settorali ġdid.”

Hekk kiteb id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq il-midja soċjali tiegħu.

Kiteb ukoll il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela fejn sellem lill-infermiera u wera apprezzament għall-ħidma li jwettqu b’tant dedikazzjoni.

Silet mument storiku mill-istorja ta’ pajjiżna, fejn lura fis-seklu 19, fostna kienet ġiet Florence Nightingale li kienet hi li tat bidu għall-infermiera moderni kif nafu llum.

Insellmu lill-infermiera kollha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com