Wirja Eċċezzjonali Minn Emma Muscat F’Turin

 Wirja Eċċezzjonali Minn Emma Muscat F’Turin

Il-kantanta Maltija Emma Muscat għadha kemm kantat il-kanzunetta tagħha ‘I Am What I Am’ waqt it-tieni semi finali tal-Eurovision quddiem eluf f’Pala Olimpico f’Turin u quddiem miljuni ta’ telespettaturi li qed isegwu minn djarhom.

Emma għamlet prestazzjoni tajba ħafna, b’vuċi b’saħħitha u qajmet atmosfera mill-aqwa fost dawk li kienu preżenti fis-sala.

Bla dubju tkun ħasra jekk Malta ma’ tkunx fost il-finalisti.

Illejla qed jieħdu sehem 18-il parteċipant. 10 biss jistgħu jgħaddu fl-aħħar tas-serata għall-finali ta’ nhar is-Sibt li ġej.

Prosit Emma!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com