Tifla Ta’ 13-il Sena Tittajjar Minn Van Fil-Bypass Ta’ Birkirkara

 Tifla Ta’ 13-il Sena Tittajjar Minn Van Fil-Bypass Ta’ Birkirkara

Tifla Slovakka ta’ 13-il sena sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vann.

L-aċċident seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-11am, fi Triq Dun Karm, Birkirkara.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-vittma li toqgħod San Ġwann sfat milquta minn vettura Toyota Hilux li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 32 sena minn Ħ’Attard.

Il-vittma ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġiet ċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com