Il-Baħar Fiż-Żona Ta’ Triq Wilġa F’San Ġiljan Mhux Tajjeb Għall-Għawm Minħabba Ħruġ Ta’ Drenaġġ

 Il-Baħar Fiż-Żona Ta’ Triq Wilġa F’San Ġiljan Mhux Tajjeb Għall-Għawm Minħabba Ħruġ Ta’ Drenaġġ

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika qed iwissi li kawża ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fiż-żona ta’ Triq Wilġa, San Ġiljan, mhux rakkomandat li jsir għawm f’din iż-żona.

Fi stqarrija ntqal li dan affettwa l-kwalità tal-ilma baħar u hemm riskju għas-saħħa tal-għawwiema.

L-investigazzjonijiet mill-uffiċjali tal-istess direttorat rigward din il-problema għadhom għaddejjin.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21337333 mis-7:30am sat-3:30pm jew jibgħat email fuq [email protected].

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com