Raġel Bi Ġrieħi Gravi U Żewġ Persuni Oħra B’Ġrieħi Ħfief Wara Ħabta Fir-Rabat

 Raġel Bi Ġrieħi Gravi U Żewġ Persuni Oħra B’Ġrieħi Ħfief Wara Ħabta Fir-Rabat

Illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq tat-Tabija, ir-Rabat.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn Toyota Aygo misjuqa minn mara ta’ 34 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ u Toyota Townace, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 63 sena. Fit-Toyota Townace kien hemm raġel ieħor ta’ 69 sena. Iż-żewġt irġiel huma residenti ir-Rabat stess.

It-tliet persuni ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-aktar kura. Aktar tard ir-raġel ta’ 63 sena ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi, filwaqt li ż-żewġ persuni l-oħra sofrew ġrieħi ħfief.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com